Il-Gvern f’erba’ snin wettaq mal-50 intervent ta’ restawr madwar pajjizna.
Illum il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino zar ix-xoghlijiet ta’ restawr li saru fuq it-Torri t’Ghajn Znuber li reg’a nghata d-dehra originali tieghu.

Dan it-Torri kif inhu maghruf t’Ghajn Znuber jinsab fil-Park Nazzjonali tal-Majjistral fil-Mellieha. Mhux maghruf ezattament meta nbena dan it-torri, biss jidher li m' huwiex torri li nbena fi zmien il-hakma tal-Kavallieri. L-indikazzjonijiet juru li dan it-torri nbena ghall-habta tal-ahhar tas-seklu dsatax meta fl-inhawi ta’ Ghajn Znuber huwa dokumentat li kienu jghixu 12-il persuna. Infatti dan it-Torri huwa mibni fuq stil ta’ razett tipikament Malti u jidher li kien jappartjeni lill-familja Ciantar. Filfatt ghad issib min isejjah dan it-torri bhala Torri Ciantar. Li hu zgur u li dan it-Torri ntuza fi zmien it-Tieni Gwerra dinjia. It-Torri fil-gwerra kien jintuza biex jilqa’ fih numru ta’ ufficjali li kienu jkunu ghassa biex jilmhu l-attakki mill-ajru lejn Malta.
Minn meta nfetah il-Park Nazzjonali tal-Majjistral fl-2007 bdew numru ta’ xoghlijiet marbuta mar-rigenerazzjoni ta’ din iz-zona biex dan il-park jitgawda ghar-rikreazzjoni tal-familji partikolarment ghal mixjiet fil-kampanja. Bhala parti mil-hidma f’dan il-Park, f’Gunju tas-sena 2011 inbeda x-xoghol ta’ restawr fuq dan it-Torri t’Ghajn Znuber. Il-hsarat li garrab it-torri maz-zmien kienu kbar tant li partijiet minnu kienu sahansitra cedew. Dan ix-xoghol ta’ restawr sar b’investiment ta’ ‘l fuq minn €53,000 bil-kollaborazzjoni wkoll tal-Bord tal-Park tal-Majjistral.
L-istruttura ta' Ghajn Znuber kienet mibnija minn gebel tal-qawwi tas-sekonda biex tkun tiflah ghall-elementi peress li t-Torri jinsab f'post espost ghar-rih u qrib il-bahar. Meta beda x-xoghol l-ewwel importanza nghatat biex l-istruttura ssir stabbli. Ghalhekk wara li tnehha l-gebel li kien ta’ periklu, beda jingieb gebel tal-qawwi tas-sekonda mill-Mellieha stess biex ikun jaqbel mal-gebel ezistenti.
It-travi tal-hadid li nstabu fil-post kienu ghadhom tajbin ghalkemm kienu mimlija sadid. It-travi tqaxxru u nzebghu b'zebgha apposta ghal kontra s-sadid u mizbughin kannella car. Iz-zewg livelli tat-torri kellhom jergghu jissaqqfu mill-gdid bix-xorok minn travu ghall-iehor. Tajjeb jinghad li l-bejt inkesa bid-deffun, il-mod tradizzjonali biex ma jidholx ilma, kif kien originarjament. Twaqqa’ wkoll it-tarag tal-konkrit li kien hemm u minflok inbena tarag tal-gebel bl-istess materjal uzat ghat-Torri.
Minflok l-art tal-konkrit li kien hemm fuq in-naha ta’ barra tat-Torri, tqeghdet cangatura tal-qawwi. Issa se jitkompla x-xoghol fuq L-aperturi ta' barra li se jinhadmu mill-iroko bis-sistema antika ta' l-intavlar' mid-Direttorat tal-Manifattura u s-Servizzi. Fejn hu possibbli t-twieqi se jkollhom apertura bil-hgieg fuq gewwa biex ikun jista' jghaddi d-dawl minghajr ma jidhol ir-rih u t-trab.
Ian Castaldi Paris chairperson tal-Bord tal-Park tal-Majjistral, filwaqt li rringrazzja lil kull min hadem fuq dan ix-xoghol, spjega li issa se tibda hidma biex it-Torri jkun jista’ jibda jigi wzat mill-pubbliku li jzur il-Park u jservi l-iskop ta’ centru tal-Vizitaturi. L-ghan hu li minn dan il-post tinghta aktar informazzjoni dwar l-aspetti ambjentali.
Il-Ministru Pullicino rringrazzja u sellem lill-haddiema kollha li jahdmu fil-qasam tar-restawr f’pajjizna. Ix-xoghol ta’ hila tal-haddiema Maltin f’dan il-qassam hu nvestiment fil-passat ghall-futur. Huwa fakkar li bhalissa f’pajjizna qed isir l-akbar progett ta’ restawr li qatt sar fuq is-swar, fejn qed ikunu rrestawrati 6km ta’ swar fil-Belt Kapitali, l-Birgu, l-Imdina u c-Citadella f’Ghawdex.
Apparti dan il-progett fil-Belt Kapitali biss f’4 snin saru 20 progett ta’ restawr filwaqt li ghaddej xoghol biex din is-sena jinfetah l-ewwel Centru Interpretattiv dwar il-fortifikazzjonijiet fi Biaggio Steps il-Belt Valletta. Fost il-progetti mwettqa fil-Belt sar restawr tal-faccati tal-Palazz tal-GranMastru, l-Arlogg tal-GranMastru Pinto, il-binja maghrufa bhala l-Main Guard, il-Portiku u l-faccati tal-Biblioteka, il-Monument tal-Qanpiena, l-Victorja Gate u l-Kapella ta’ Santa Katerina.
Mill-2008 sa llum sar xoghol kbir fir-restawr ta’ statwi li nsibu fl-irhula fosthom l-istatwi mal-Faccata tal-Knisja Parrokjali f’San Pawl il-Bahar, restawr tal-iStatwi tal- 4 Evangelisti fuq iz-zuntier Tal-Gharghur, u restawr tal-iStatwi ta’ San Pawl u San Publiju fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokjali ta’ San Gorg f’Hal Qormi. Sar xoghol ukoll fuq 14-il-kapella, Villa Francia f’Hal Lija, Torri tas-Semaforu fil-Gharghur, faccati tal-Muzew ta’ Wignacourt ir-Rabat, il-Polverista f’Sant Anglu u l-funtana tas-Saqqajja r-Rabat.
Dawn l-interventi tar-restawr holqu opportunitajiet ta’ xoghol, wrew il-kapacita’ tal-haddiem u qed iwasslu biex il-generazzjonijiet ta’ warajna jgawdu wkoll il-wirt storiku ta’ pajjizna.