Latest Press Releases


Progett ta’ Tkabbir ta’ Gnien Karin Grech u Bini ta’ Centru Civiku f’San Gwann | 02-05-2012

Dalghodu l-Ministru ghar-Rizorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino, habbar progett ta’ bini ta’ Centru Civiku u progett ta’ tisbih ta’ gnien Karin Grech f’San Gwann.

sangw

Il-progett ta’ tisbih se jkun qed joffri spazju akbar u ta’ kwalità ferm ahjar ghar-rikreazzjoni minn dak li jezisti llum. Il-Klabb tal-Bocci li jinsab f’dan is-sit illum se jinghata post gdid f’San Gwann. It-Trasferiment tal-Klabb tal-Bocci se jwassal biex il-gnien u l-play area jikbru b’madwar 900 metru kwadru. Dan il-gnien se jinkludi area ta’ landscaping, funtana u play area ghat-tfal. Il-Monument f’gieh Karin Grech li jinsab f’dan il-gnien gie inkorporat fid-disinn il-gdid u se jinghata spazju aktar prominenti fil-gnien.

Dan il-progett jinvolvi wkoll bini ta’ Centru Civiku minn fejn ir-residenti jkunu moqdija ahjar. Dan ic-centru fost numru ta’ affarijiet ohra ser ikun qed joffri spazji ghall-ufficini tal-Kunsill Lokali, u sala ghall-bzonnijiet tal-komunità, biex b’hekk ir-residenti jkunu moqdijin ahjar.

Il-Kunsill kien evalwa diversi proposti ta’ siti, u kien wasal ghall-konkluzjoni li dan hu l-aktar sit centrali li jista’ jaqdi l-bzonnijiet tal-komunità ta’ San Gwann. Il-propjetà prezenti tal-Kunsill Lokali hija ’l boghod mic-centru u ma taqdix la l-ghan u wisq anqas ma toffri l-ispazju li ghandu bzonn dan il-Kunsill. Dan ic-Centru Civiku se jkun mibni parzjalment taht il-livell tat-triq biex ma jkunx hemm impatt estetiku fuq iz-zona kif inhi llum filwaqt li jintrebah aktar spazju ta’ rikreazzjoni. Dan ic-Centru issa se jsib postu fil-qalba ta’ San Gwann quddiem il-Knisja Parrokjali.

Il-gnien u c-centru se jsiru b'investiment ta' €1,100,000. Hu mistenni li x-xoghlijiet jinbdew galadarba johorgu l-permessi mill-MEPA u jitlesta fi zmien 8 xhur.

Kull min jixtieq jara walkthrough tal-progett jista’ jaghmel dan mis-sit elettroniku: http://www.mrra.gov.mt/page.aspx?id=113. Fil-granet li gejjin se tkun qed issir laqgha ta’ informazzjoni dwar il-progett mar-residenti.

Dan il-progett jorbot mal-vizjoni tal-Gvern li jkompli jsebbah spazji urbani. Dan sar fl-ahhar snin bi progetti bhalma huma: Pjazza Sant’Ubaldeska f’Rahal Gdid, Pjazza Mons Isdor Formosa f’Gwardamanga, u Gnien Santa Marija tal-Angli f’Bahar ic-Caghaq fost ohrajn.