Latest Press Releases


Open Day fiċ-Ċentru tal-Akwakultura fit-Torri ta San Lucjan f’Marsaxlokk | 12-05-2012

Numru ta’ familji illum żaru ċ-Ċentru tal-Akwakultura ta’ San Luċjan f’Marsaxlokk, waqt Open Day li kienet qed tiġi organizzata. Kull min żar dan iċ-ċentru llum ra l-laboratorji taċ-ċentru, l-proġetti ta’ riċerka, filwaqt li kien hemm ukoll stand tal-ikel b’ħut frisk.

akwa

l-Akwakultura f’Malta taf l-oriġini tagħha 22 sena ilu meta nfetaħ iċ-Ċentru tal-Akwakultura fit-Torri San Luċjan f’Marsaxlokk. Dak iż-żmien l-Gvern kellu viżjoni u fehem l-importanza ta’ settur li kien ineżistenti.

Illum f’dan is-settur, pajjiżna qed jikseb suċċess. Malta qeda l-ewwel fil-Mediterran fir-riċerka tat-tfaqqis tal-aċċjol, fejn mill-2005 ‘l hawn, fiċ-ċentru ta’ San Luċjan ittieħed bajd ta’ din l-ispeċi kull sena u ġew żviluppati diversi passi ‘l quddiem sabiex tkun ikkomerċjalizzata din it-teknoloġijja.

Fuq skala kummerċjali, barra l-ispnott, l-awrat u t-tonn, qed jitrabba wkoll ftit gurbell; filwaqt li qed issir riċerka fuq il-produzzjoni mit-tifqis tat-tonn kif ukoll tal-aċċjoli. Bis-saħħa taċ-Ċentru tar-Riċerka tal-Akkwakultura, Malta ippartecipat wkoll fi proġetti tal-Unjoni Ewropea fuq it-tifqis tat-tonn. Iżjed riċenti l-Ministeru ġie mgħarraf li l-Unjoni Ewropea aċċettat proposta ta’ consortium Ewropew li fih Malta għandha parti ewlenija; sabiex jitkomplew il-proġetti fuq l-iżvilupp tat-tifqis tat-tonn.

Dan il-progett li jismu TRANSDOTT sa jkun ta’ sentejn b’valur totali ta’ miljun Ewro. Bħalma kienu l-proġetti ta’ qablu, REPRODOTT U SELFDOTT, jinvolvi xjentisti minn diversi pajjiżi, u ser ikompli fuq ir-riżultati tajbin ħafna fejn inġabar ħafna bajd, kif ukoll ftit tonn ġie imrobbi fil-gaġeġ fi Spanja. Dawn il-kuntatti fir-riċerka tal-akkwakultura li huma stabbiliti jagħtu lok għal ħafna żvilupp biex dan is-settur ikompli jikber.