Latest Press Releases


Ikkundannat att vandalu fil-Park ta’ Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk | 21-05-2012

Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jikkundanna att vandalu li sar fil-Park ta’ Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk. Jidher li l-bieb ta’ fejn tinżamm l-għodda ġie zgassat u nsterqet xi għodda filwaqt li tqaċċtu numru ta’ siġar.

Il-Ministeru jinsab infurmat li l-Pulizija qed tinvestiga l-każ. Il-Ministeru jawgura li jinstab min wettaq dan l-att vandalu.