Latest Press Releases


Esperiment Fuq Tkabbbir ta’ 8 Varjetajiet ta’ Dulliegħ, Riżultat ta’ Studju minn Student Universitarju | 07-07-2012

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, żar esperiment li qed issir f’għalqa fil-Għargħur fuq tkabbir ta’ tmien varjetajiet ta’ dulliegħ.

dulliegh

Dan l-esperiment inbeda minn idea ta’ student universitarju Charles Zahra iben familja ta’ bdiewa, li waqt l-istudju tiegħu biex jigradwa f’BSC Mediterranean Agro Eco-systems management, għażel li bil-kollaborazzjoni tal-għalliema tiegħu partikolarment Dr Everaldo Attard, jiffoka fuq it-tkabbir ta’ diversi tipi ġodda ta’ dulliegħ għal pajjiżna fosthom dulliegħ seedless.

Il-Ministru Pullicino feraħ lill-Charles u lill-lecturers tax-xogħol tagħhom li permezz tal-opportunitajiet u l-investiment li sar fl-edukazzjoni, llum ħafna studenti qed jagħżlu li jkomplu javvanzaw fir-riċerka u l-innovazzjoni. Dan is-suċċess miksub huwa wkoll riżultat tal-fiduċja li Charles u l-membri tal-familja tiegħu għandhom fis-settur agrikolu.

Għalhekk fid- Diviżjoni tax-Xjenzi Rurali u Sistemi tal-Ikel fi ħdan l-Istitut tas-Sistemi Ambjentali ġewwa l – Universita’ ta’ Malta qed isir dan il-proġett li għandu jiddetermina l- ammonti ta’ lycopene (il-kulur aħmar) u polifenoli f’varjetajiet differenti ta’ Dulliegħ. Fl-għalqa tal-familja Zahra, qed isiru tlett provi prinċipali, li jinkorporaw mhux inqas minn tmien varjetajiet different ta’ dulliegħ, fosthom erba’ varjetajiet ta dulliegħ li huma ta’ tip seedless, jigifieri li ma jiffurmawx żerriegħa matura, u għalhekk tista tittiekel biż-żerriegħa b’ kollox. Numru kbir ta’ dawn il- varjetajiet qed jitkabru f’Malta għall-ewwel darba u ġew magħżula apposta għall-vantaġġi nutrittivi taghħom.

S’issa r-riċerka qed turi li apparti li d-dulliegħ huwa fost il-frott b’konenut ta’ lycopene għoli, li bi ftit attenzjoni u iproċessar għaqli, wieħed jista’ jikseb prodotti b’valuri miżjuda fuq dawk tad-dulliegħ innifsu.

Din ir-riċerka li qed issir għandha l-għan li tiffoka fuq l-aspetti nuttruttivi tad-dulliegħ li mhux biss għandu togħma bnina u rifreskanti imma joffri wkoll beneffiċċji għas-saħħa. L-istudji juru li d-dulliegħ hu għoli fil-putassa, nutrient li jgħin biex tiġi ikkontrollata l-pressjoni, jgħin ukoll fiċ-ċirkolazzjoni tad- demm kif ukoll il-muskoli. Il-putassa hi wkoll pedina importanti biex jissaħħaħ l-għadam, speċjalment f’nies avvanzati fl’eta’.

Id-dulliegħ hu wkoll għoli fi tlett antiossidanti prinċipali; il-vitamina Ċ, il-beta-carotena u lycopene. Diversi riċerkaturi jsostnu illi dawn is-sustanzi jiprevjenu mard serju bħall-mard tal-qalb, u mard kroniku.