Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » News *
* * *
* * *
 
Il-proġett ta’ tisbiħ ta’ Xatt is-Sajjieda Marsaxlokk
*
 

Date: 18/03/2010

Il-proġett ta’ tisbiħ ta’ Xatt is-Sajjieda Marsaxlokk
*
Image Decoration
*
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jagħmel referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk.

Il-Ministeru jixtieq jirrimarka li wara li s-sena l-oħra tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett ta’ tisbiħ f’Marsaxlokk, fejn sar twessieħ tal-bankina ta’ man-naħa tad-djar, ħwienet u restoranti, il-Gvern beda konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha ikkonċernati dwar it-tieni fażi tal-proġett fosthom il-Kunsill Lokali, l-bejjiegħa tal-monti, l-GRTU li tirrappreżenta lis-sidien tal-ħwienet u lis-sajjieda.

Jidher ċar li ġew espressi pożizzjonijiet konflinġenti fuq il-proposta mill-partijiet ikkonsultati. Il-Gvern dejjem għamilha ċara, anki fil-laqgħat li kellu mal-partijiet konċeranti, li filwaqt li hu determinat li jkompli l-proġett, minn naħa l-oħra mhux dispost jonfoq flus pubbliċi biex jissebbaħ il-promenade biex dan jispiċċa ssirlu ħsara fi żmien qasir, jekk l-użu tiegħu jibqa’ kif inhu llum. Il-Gvern qed jevalwa l-options u fil-ġranet li ġejjin jieħu deċiżjoni ħalli l-proġett jitkompla.
   
 


 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design