Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » News *
* * *
* * *
 
L-Oppożizzjoni favur tberqiq ta’ fondi mingħajr ma jingħata servizz
*
 

Date: 25/04/2010

L-Oppożizzjoni favur tberqiq ta’ fondi mingħajr ma jingħata servizz
*
Image Decoration
*
Minn kif tkellem dwar is-settur agrikolu dalgħodu, d-Deputat Mexxej Laburista Anġlu Farrugia ta’ x’jifhem li qed jirrieferi għal fondi li l-Gvern żamm milli jinħarġu għal għand il-kumpanija Pitkali Crates.

Kif deher anki f’ġurnali lokali, din il-kumpanija kienet qed tonqos milli taqdi d-dmirijiet tagħa li tipprovdi kaxxex nodfa lill-bdiewa biex fihom jinġarr u jinbiegħ ħaxix frisk lokali. Dan jixhduħ il-bdiewa stess. Il-Gvern b’mod serju u responsabbli, kellu numru ta’ spezzjonijiet u laqgħat mal-bord tat-tmexxija, u irriżultalu li din il-kumpanija ma kienetx qed tipprovdi is-servizz mixtieq. Għaldaqstant il-Gvern żamm lura ċertu pagamenti lejn din il-kumpanija sakemm terġa tkun konformi mal-istandards mitluba.

Dan juri kif filwaqt li l-Gvern qed iżomm kontroll fejn tidħol is-sigurta’ tal-ikel, kif ukoll kontroll fl-infiq ta’ fondi li l-bdiewa stess iħallsu għas-servizz, l-Oppożizzjoni jimpurta biss li tikkritika u titkellem mingħajr ma tara u tifhem il-bżonnijiet tal-bdiewa u l-interessi tal-konsumatur. Dan huwa każ ieħor li juri kemm l-Oppożizzjoni qed titkellem għal-gallarija.
   
 


 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design