Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » News *
* * *
* * *
 
Il-Ġnien ta’ Qui-Si-Sana se jissema’ għall-ex Ministru George Bonello Dupuis
*
 

Date: 16/06/2010

Il-Ġnien ta’ Qui-Si-Sana se jissema’ għall-ex Ministru George Bonello Dupuis
*
Image Decoration
*
Il-Ministru George Pullicino żar ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ fuq il-promenade u l-ġnien ġdid li jinsabu għaddejjin fi Qui-Si-Sana.

Dawn ix-xogħlijiet se jkomplu jagħtu dehra li tixraq lil dawn l-inħawi filwaqt li se jkun qed jingħata aktar spazju għar-rikreazzjoni tal-familji. Il-Ministru Pullicino waqt li żar ix-xogħlijiet ħabbar li dan il-ġnien ġdid se jissemma’ għall-ex Ministru George Bonello Dupuis.

Dan il-gnien se jkun mibni f’forma ta’ benniena, sabiex jilqa’ għal-irjiħat li jaħkmu minn fuq in-naħa tal-baħar. Il-ġnien se jkun miksi bit-turf, filwaqt li se jinkorpora fih ukoll tliet funtani. Bħalissa qed jinbnew tliet ġibjuni taħt il-ġnien biex fihom jinħażen l-ilma li permezz tiegħu jkun jista’ jisaqqa dan il-ġnien. Il-gnien hu wiesa 36metru u twil 180metri u se jinkorpora fih numru ta’ loghob għal kulhadd, inkluż novita’ fejn se jiġi nstallat apparat sportiv biex wieħed ikun jista’ jagħmel xi eżerċizzji fiżiċi.

Ix-xogħlijiet fuq il-promenade jinsabu għaddejjin ġmielhom. Dan il-promenade inħareġ ‘il barra lejn in-naħa tal-baħar u qed jistrieħ fuq numru ta’ kolonni biex b’hekk ma jitnaqqasx l-ispazju ta’ fuq il-blat anzi nħolqu spazji li joffru dell. Saret ukoll rampa li hija wiesa’ biżejjed biex toffri aċċess għal kulħadd filwaqt li għal kuntlarju ta’ li kien isir qabel, ma toffrix aċċess biex jinżlu l-karozzi fuq il-bajja. B'kollox qed isir pavimentar fuq madwar 700 metru kwadru ta' art, b'tul ta' madwar 175 metru u b'4 metri wisa'. Kemm taħt il-promenade kif ukoll fil-ġnien se jinbnew ukoll faċilitajiet sanitarji.

Dawn il-proġetti flimkien qed isiru b’investiment ta’ €2 miljun.
   
 


 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design