Our Commitment

Id-deċiżjoni tal-Gvern li jsiru aktar studji biex isiru windfarms hi deċiżjoni ambjentali u deċiżjoni li għandha impatt fuq it-titjib tas-saħħa tal-poplu. Hi deċiżjoni wkoll li għandha impatt fuq ilkompetittivita’ ta’ pajjiżna u l-ħolqien tax-xogħol. Il-Gvern qiegħed jimxi b’serjeta’ u se jsiru l-istudji kollha meħtieġa. L-applikazzjonijiet lill-MEPA għal dawn it-3 siti qed isiru wara studji preliminari li saru u issa jibda l-proċess ta’ studji aktar dettaljati.
Pajjiżna għandu miri ċari u stabbiliti li sal-2020 irridu nkunu lħaqna l-mira li niġġeneraw 10% ta l-enerġija kollha li nikkunsmaw minn sorsi nodfa u l-enerġija mir-riħ hija kruċjali biex, flimkien ma’ teknoloġiji oħra bħalma hu l-iskart u x-xemx, nilħqu din il-mira.
George Pullicino
Ministru
28 ta’ April, 2009