Naturalment Malti
Il-Kampanja ‘Naturalment Malti’ fi ħdan Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali għandha d-dover li xxerred fost il-konsumatur Malti l-għarfien fuq l-oriġini u l-valur tal-prodotti lokali u l-kwalitajiet tagħhom. Fl-istess waqt din il-kampanja tikkumplimenta l-isforzi li qed isiru mill-bdiewa stess biex ikomplu jtejbu l-kwalità tal-prodotti tagħhom. Fil-11 ta’ Lulju 2012 ġie mniedi l-Istandard għall-Prodotti Maltin ta’ Kwalità. Dan l-istandard ser iwassal sabiex prodotti Maltin jiksbu l-marka ta’ Kwalità ‘Naturalment Malti’. Din il-Marka ta’ Kwalità ser tkun qed toffri lill-konsumatur garanzija ta’ prodott frisk, ġenwin u bnin ta’ oriġini Maltija.
‘Naturalment Malti’ campaign, within the Ministry for Resources and Rural Affairs, aims at bringing people closer to the origin of the product whilst appreciating its benefits. The campaign also compliments the farmers’ and producers’ efforts to enhance the quality of their products. On the 11th July 2012 the Ministry launched for public consultation a Standard for Local Quality Products. This standard will lead on to having local quality products branded as ‘Naturalment Malti. This Quality Mark will offer the consumer a guarantee of a genuine, fresh product of Maltese origin.
Downloads: