Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Investiment f'ġenerazzjoni ta' enerġija nadifa mix-xemx
 
Date: 13/11/2009

Illum ġie ppubblikat avviż fil-Gazzetta tal-Gvern (paġna 13,905 - http://www.doi.gov.mt/EN/gazetteonline/2009/11/gazts/GG%2013.11.pdf )
għal dawk interessati sabiex jesprimu interess fi proġett li għandu jara 67,000 metru kwadru ta’ soqfa ta’ binjiet pubbliċi b’panelli fotovoltajċi.

Dan il-pass li tħabbar ukoll fil-baġit li għadu kemm ġie ppreżentat għas-sena 2010 jkompli jirrijafferma l-politika tal-Gvern dik li f’pajjiżna jiġġenera l-enerġija nadifa mir-riżorsi kollha li għandu disponibbli għalih fosthom ix-xemx, ir-riħ u l-iskart. Dan il-progett ikompli jgħin sabiex tintlaħaq il-mira li pajjiżna għandu dik li sas-sena 2020, jiġġenera 10% tal-ġenerazzjoni elettrika tiegħu minn sorsi nodfa ta’ enerġija.

Huwa stmat li l-installazzjoni tal-panelli fotovoltajċi se ssir b’investiment privat ta’ madwar €25 Miljun u se tkun iġġenerata enerġija daqs kemm jiġġeneraw madwar 1500 familja. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit www.solarenergy.gov.mt

Dan juri kemm il-Gvern kapaċi jdawwar l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet ta’ aktar xogħol kif ukoll jiggarantixxi ambjent u saħħa aħjar, għalina u għal ġenerazzjonijiet futuri.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design