 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
Inawgurat l-BOV Adventure Park ġewwa Ta Qali.
|
|
Date:
19/12/2009
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi illum inawgura l-BOV Adventure Park ġewwa Ta Qali. Dan il-Park qed jingħata lura lin-nies fi spazju miftuħ u msebbaħ wara li sa ftit tas-snin ilu kien qed jintuża biss għall-parkeġġ.
Dan huwa l-ewwel park ta’ dan it-tip f’pajjiżna, u jinkludi logħob addattat kemm għat-tfal kif ukoll għal-kbar. Dan il-fatt jagħmel dan il-park post uniku b’din ix-xelta ta’ faċilitajiet fejn il-familji jistgħu jiddevertu u jilgħabu flimkien f’ambjent rilassanti u modern.
Il-Prim Ministru rrefera għal dan il-proġett bħala xhieda ta’ kemm il-Gvern huwa kommess li jkompli jipprovdi faċilitajiet sportivi għall-familji Maltin. Huwa qal li dan il-proġett huwa biss wieħed minn sensiela sħiħa ta’ proġetti mill-Gvern biex ikompli jagħti lura spazji pubbliċi lil poplu. Il-Prim Ministru qal li l-investiment ta’ iktar minn miljun ewro li sar f’dan il-park huwa investiment fil-futur ta’ uliedna, investiment fil-familji tagħna, u investiment fit-tisbiħ ta’ pajjiżna.
Il-Ministru George Pullicino sostna dak li qal il-Prim Ministru, li din ir-raba’ estensjoni tal-Park Nazzjonali ta’ Ta Qali ma hi xejn ħlief investiment fil-familji tagħna u fil-futur ta’ wliedna. Hu żied jgħid li l-BOV Adventure Park huwa frott il-ħidma konġunta tal-ħaddiema tal-Gvern, speċjalment tad-Dipartiment tal-Parks, kif ukoll dawk mis-settur privat. Fuq dan il-proġett ħadmu numru ta’ ħaddiem li turi kemm dawn il-proġetti huma mutur tax-xogħol f’pajjiżna.
Il-Ministru Pullicino rringrazzja kemm lill-Gvern Amerikan li ta’ donazzjoni ta kwart ta’ miljun Dollaru għax-xiri tal-apparat tal-logħob f’dan il-Park, kif ukoll lid-diriġenti tal-Bank of Valletta li emmnu f’dan il-proġett u għenu bis-sħiħ mhux biss biex jitlesta l-park, iżda daħlu wkoll f’arranġament fejn se jkunu qegħdin jagħtu wkoll fondi għall-manutenzjoni ta’ dan il-post.
Dan il-park ser ikun kuljum miftuħ għal-pubbliku. Għada l-Ħadd qed tiġi organizzata family day għal-familja kollha f’dan il-park li qed joffri mhux biss logħob avventuruż, iżda wkoll spazju msebbaħ għar-rilassament u d-divertiment tal-familji. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|