 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
Ir-Ramblers’ Association tgħawweġ kitba tal-Ministru Pullicino fi sforz biex tipprova tagħti raġun lilha nnifisha.
|
|
Date:
06/01/2010
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għal-ittra ppublikata mir-Ramblers’ Association u li ntbagħtet lic-Chairman tal-Mepa.
Huwa ta’ għajb li l-Assoċċjazzjoni tar-Ramblers’ qegħda tiprova tiżgwida u tgħawweġ il-fatti fuq dak li kien qal il-Ministru Pullicino dwar iż-żona tal-Baħrija. Il-Ministru Pullicino fil-kitba f’The Times tal-4 ta’ Gunju 2005 kien qiegħed jirrefferi għal-iżvillupp ta’ lukanda 5 star u golf course fost oħrajn li allegatament kienu se jinbnew fl-inhawi tal-Bahrija, u bl-ebda mod ma kien hemm referenza għal-proposti marbuta mal-iżvillupp li qed titkellem fuqu llum l-Assoċjazzjoni tar-Ramblers. Bil-kontra ta’ dak li għamlet ir-Ramblers’ Association, il-ministeru qiegħed jippublika l-artiklu sħiħ li juri biċ-ċar kif ir-Ramblers riedet turi stampa b’oħra. Barra hekk qed nippublikaw ukoll l-artiklu tas-Sunday Times tat-29 ta’ Mejju 2005 li għalih irrefera l-Ministru Pullicino fl-artiklu tieghu ftit ġranet wara. Huwa ċar li s-Sunday Times fid-29 ta’ Mejju kienet tirreferi għal “large scale developments and projects such as theme parks, five-star hotels and golf courses”. Huwa għal dan l-iżvilupp li l-Ministru Pullicino kien qed jirreferi.
Il-Ministeru jgħaraf ukoll li din il-kjarifika diġa ngħatat fit-22 ta’ Novembru tal-2009 meta l-Ministru Pullicino kien mistoqsi fuq dan l-istess artiklu minn ġurnalisti tal-One News. Minkejja dan, din l-Assoċċjazzjoni għażlet li tirrepeti din l-allegazzjoni nfondata.
Huwa għalhekk li l-Ministeru ma jistax jifhem għalfejn illum din l-Assoċċjazzjoni qegħda tiprova tgħaweġġ il-fatti u tinterpreta dak li qal il-Ministru Pullicino b’mod skorett meta l-Ministru Pullicino dejjem kien ċar illi l-art tal-kampanja għandha tkun protetta.
Għalhekk l-allegazzjoni li l-Ministru Pullicino żgwida mhix minnha iżda hija r-Ramblers li qed tiżgwida billi tiprova tinterpreta barra mill-kuntest tagħha kitba li kiteb il-Ministru Pullicino fl-2005.
Ara dokument mehmuż pr0019A.jpg Ara dokument mehmuż pr0019B.doc |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|