Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Estiż is-servizz tal-ambulanza għall-annimali
 
Date: 31/12/2009

Hekk kif illum jintemm l-proġett pilota tas-servizz tal-ambulanza tal-annimali, b’effett mill-ewwel ta’ Jannar 2010 dan is-servizz se jiġi estiż u offrut b’mod aktar estensiv 24 siegħa kuljum, Ħdud u festi inklużi, mid-Dipartiment għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.

Dan id-Direttorat dan l-aħħar xhur issaħħaħ billi żied il-vetturi tiegħu flimkien mar-riżorsi umani sabiex issa jkun jista’ jibda jopera dan is-servizz bi sħab mal-NGOs li se jkunu qegħdin jospitaw l-annimali li jinġabru.

Dan is-servizz tul dawn l-aħħar xhur kien qed ikun operat minn Noah’s Ark. Il-Gvern kien qed jiffinanzja dan is-servizz temporanju b’kuntratt għal sitt xhur b’valur ta’ €15,000 filwaqt li kien xtara ambulanza sabiex ikun jista’ jitħaddem dan is-servizz kif jixraq sabiex jiġu mħarsa l-annimali. Tul dawn l-aħħar xhur kien hemm aktar minn 2,000 intervent ta’ salvataġġ kemm mis-servizz tal-ambulanza kif ukoll mill-ħaddiema tad-Dipartiment għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Il-klieb u l-qtates kollha li nġabru ġew neutered kif ukoll microchipped. Dan il-programm ta’ neutering u microchipping, kemm ilu mwaqqaf dan id-Direttorat, diġà ġie implimentat fuq madwar 3,500 kelb u qattus.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jixtieq jirringrazzja lil-Noah’s Ark li għal dawn l-aħħar xhur kienu qed imexxu dan is-servizz bil-kollaborazzjoni tal-Korp tal-Pulizija u d-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.

Dan is-servizz tal-operat tal-ambulanza se jkun qed ikompli jipprepara lid-Dipartiment sabiex fix-xhur li ġejjin jibda jopera ċ-ċentru għall-ħarsien tal-annimali f’Ta’ Qali.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jirringrazzja lil dawk il-volontiera kollha li jaħdmu f’NGO li tħares l-annimali. Filwaqt li l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jinkoraġixxi lill-familji sabiex jaddottaw annimali mis-santwarji, jappella sabiex f’dawn il-ġranet ta’ festi ħadd ma jagħti annimali bħala rigal.

Għall-ambulanza tal-annimali wieħed għandu jċempel fuq in-numru 21224001.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design