 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
L-Assoċjazzjoni Ramblers tibqa’ tgħawweġ il-fatti
|
|
Date:
11/01/2010
Mill-istqarrija tar-Ramblers’ Association, maħruġa illum, jidher ċar li din l-assoċjazzjoni ma qratx tajjeb dak li ppubblika l-Ministeru bi tweġiba għall-ittra tal-Assoċjazzjoni Ramblers mibgħuta mis-Sur Alex Vella, Segretarju tal-istess assoċjazzjoni.
Mal-istqarrija, il-Ministeru ppubblika żewġ artikli:
1) l-artiklu tal-Ministru Pullicino ppubblikat fil-5 ta’ Ġunju 2005, 2) l-artiklu tas-Sunday Times tat-29 ta’ Mejju 2005, li għalih irrefera l-Ministru Pullicino fl-artiklu tiegħu ftit ġranet wara. Dan l-artiklu juri ċar għal liema żvilupp il-Ministru Pullicino kien qed jirreferi, tant li dak in-nhar, ir-Ramblers’ Association kienet ukoll ipparteċipat fi protesta kontra dak li allegatament kien se jinbena fil-Baħrija.
Minkejja dan, ir-Ramblers’ Association qegħda tibqa’ tipprova tgħawweġ il-fatti.
Il-proċess li biħ jinħarġu l-permessi mill-MEPA huwa wieħed stabbilit, magħruf u miftuħ. Bl-ebda mod ma jista’ jingħad li xi ħadd ma jkunx jaf x’applikazzjonijiet daħlu għand il-MEPA. Apparti dan, l-Assoċjazzjoni Ramblers imissha taf ukoll x’inizjattivi ħa l-Gvern, anki meta l-MEPA kienet għada tifforma parti mid-dekasteru tal-Ministru Pullicino, biex ikun hemm aktar aċċess għall-informazzjoni fuq applikazzjonijiet ta’ żvilupp.
Għalhekk huwa ta’ għajb li r-Ramblers’ Association għada qed tipprova tinqeda b’kitba tal-Ministru Pullicino li hija irrelevanti mal-messaġġ li l-istess Ramblers’ Association qegħda tipprova twassal.
Il-Gvern huwa sod fil-prinċipji tiegħu u se jkompli jħalli f’idejn l-Awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-permessi skond il-liġi stabbilita.
Hija r-Ramblers’ Association li qegħda tikkontradixxi lilha nnifisha. Bl-istqarrija tagħha, ir-Ramblers’ Association illum qed tippretendi li l-Ministru Pullicino kellu jintervjeni biex ma jinħariġx permess.
Ir-Ramblers’ Association qed tipproponi ndħil dirett mill-gvern fil-proċess tal-applikazzjonijiet. Dan jikkuntrasta mal-kummenti li daħħlu l-NGO’s infushom fil-proċess tar-riforma tal-MEPA, meta pproponew li m’għandhomx jiżdiedu l-poteri tal-Gvern fit-teħid tad-deċiżjonijiet. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|