Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Attivita' ta' tindif u tħawwil ta' siġar fi tmiem il-ġimgħa
 
Date: 25/02/2010

Matul il-weekend li ġej, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali se jkun qed jorganizza attivita’ ta’ tindif u tħawwil ta’ siġar endemiċi Maltin fi Ġnien Kottonera f’Bormla.

Għal din is-sena ġie deċiż li matul il-jum tas-Sibt tiġi mnaddfa ż-żona u tul il-jum tal-Ħadd, l-istess żona tkun imħawla bis-siġar. Hu kkalkulat li f’din il-parti ta’ Bormla hemm spazju għal elf siġra.

Waqt din l-attivita’ ser jingħataw qsari biodegradabbli b’żerriegħa ta’ siġar endemiċi għat-tfal kollha li ser jattendu din l-attivita’ kif ukoll se jitqassmu basktijiet tad-drapp. L-attivita’ tul il-ġranet tas-Sibt u tal-Ħadd ser tibda fid-9.00 a.m. u tibqa’ sejra sal-4.00 p.m.

Kulħadd huwa mistieden sabiex tul dawn il-jumejn, jagħmel il-parti tiegħu sabiex b’ambjent aktar nadif u b’aktar siġar; inħarsu saħħitna u nħarsu l-ambjent ta’ madwarna. Din l-attivita qed titella’ bl-għajnuna ta’ HSBC, BOV, FIMBANK, McDonalds, 3D Distributions, ST Microelectronics u Hilton Malta.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design