 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
L-Oppożizzjoni miżinformata fuq l-immaniġġjar tal-kwota nazzjonali tat-tonn
|
|
Date:
25/02/2010
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għal stqarrija maħruġa llum mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni Joe Sammut.
Din l-istqarrija tikkonferma kemm l-Oppożizzjoni hija miżinformata fuq l-immaniġġjar tal-kwota nazzjonali tat-tonn. Dan għaliex kull pass li ttieħed mid-Dipartiment għall-Kontroll tas-Sajd huwa skond ftehim milħuq bejn l-istess Dipartiment u ż-żewġ Koperattivi tas-Sajjieda fit-18 ta’ Jannar 2010 (kopja ta’ dan il-ftehim huwa anness ma’ din l-istqarrija).
Il-kelliem tal-Oppożizzjoni jidher ċar li mhuwiex konxju tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) li għandu jkun hemm tnaqqis fl-isforz tas-sajd minħabba t-tnaqqis tal-kwota nazzjonali ta’ 30% għal raġunijiet ta’ konservazzjoni tal-ispeċi tat-tonn.
Ġaladarba teżisti din ir-rakkomandazzjoni, il-pjan tal-immaniġġjar tal-kwota nazzjonali tat-tonn ried isir abbażi ta’ dik ir-rakkomandazzjoni u dan kien l-uniku mod kif ikun imħares l-għixien tas-sajjieda.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għoġbu jerġa’ jagħmel l-argument tal-ħlas lis-sajjieda tal-pixxispad minkejja dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti min-naħa tal-Gvern li dawn is-sajjieda se jitħallsu minn fondi nazzjonali wara li jkunu saru l-verifiki meħtieġa. Ta’ min jgħid li dawn il-verifiki kważi tlestew u s-sajjieda se jitħallsu kif miftiehem fi żmien qasir.
Lil hinn minn diskors infondat bħalma hu dak tal-Oppożizzjoni, il-Gvern qed jaħdem mill-qrib mas-sajjieda fi sforz biex ikompli jiżgura l-futur tagħhom.
Download PDF
|
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|