Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Sigurtà fil-kwalità tal-ikel
 
Date: 12/03/2010

It-Taqsima tar-Regolament Veterinarji fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali tirreferi għal xi rapporti f’sezzjoni tal-istampa u tgħarraf li bħalma għamlet dejjem, ser tibqa’ żżomm il-kwalità tal-ikel bħala l-ogħla prijorità tagħha.

Hekk kif il-bieraħ filgħodu ġie rrappurtat li waqt inspezzjoni ta’ kontroll instab li kien hemm xi nuqqasijiet, ittieħdet azzjoni immedjata mill-kuntrattur inkarigat sabiex isiru l-aġġustamenti meħtieġa, u b’hekk tibqa’ tkun assigurata l-kwalità tal-ikel. It-Taqsima għar-Regolament Veterinarju tgħarraf lill-pubbliku ma hemm l-ebda lok ta’ allarm u huwa għalhekk li dawn il-kontrolli jsiru b’mod regolari, minħabba li n-natura tal-post u l-attività li ssir fih tirrikjedi dan. Ta’ min jinnota illi riċentament ġie mġedded il-kuntratt biex ikun hemm kontroll kontinwu ta’ disinfestazzjoni tal-Biċċerija sabiex dan is-servizz jibqa’ jsir b’mod regolari.

Id-Dipartiment jenfasizza li n-nuqqasijiet irrapurtati huma limitati għas-sezzjoni tal-emerġenza biss li fiha jkun hemm il-karkassi ta’ żwiemel, nagħaġ u mogħoż u mhux fil-biċċerija kollha. Sa dan it-tant id-Dipartiment jgħarraf ukoll li fil-futur immedjat se tingħalaq l-emerġenza u l-qtil taż-żwiemel, nagħaġ u mogħoż jibda jsir fuq il-linji fil-biċċerija ta’ Malta u ta’ Għawdex skont kif jiġri bi speċi oħrajn.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design